28 immigrant il-ħabs talli ppruvaw jaħarbu minn Ħal Safi

Grupp ta’ 28 immigranti weħlu diversi xhur priġunerija talli f’Settembru tas-sena li għaddiet ippruvaw jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.
L-immigranti ġew akkużati ukoll li għamlu ħsara fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, liweġġgħu xi pulizija u anke heddew lis-suldati u ħaddiema taċ-Ċentru.
Dakinhar l-immiganti ppruvaw jaħarbu miċ-Ċentru billi qalgħu xi knaten mill-ħajt.
Fost affarijiet oħra, l-immigranti waddbu wkoll ġebel u misħun.
21 immigranti ngħataw 20 xahar priġunerija, 5 immigranti ngħataw 13-il xahar, ieħor intbagħat 15-il xahar u raġel ieħor weħel 22 xahar priġunerija.
Kull immigrant weħel €1,182 f’multa.
Minkejja li l-Maġistrat Aaron Bugeja qal li jifhem il-frustrazzjoni li jgħaddu minnha l-immigranti fiċ-Ċentru, ikkundanna xorta l-użu ta’ vjolenza fuq il-ħaddiema.