28 espressjoni ta’ interess għall-iżvilupp ta’ Maritime Hub

Il-Unit tal-Privatizzazzjoni irċeviet 28 espressjoni internazzjonali ta’ interess għall-iżvilupp ta’ Maritime Hub fis-sit tal-eks Shipbuilding fil-Marsa.

Minn dawn is-sottomissjonijiet, 11 huma proposti għall-iżvilupp tas-sit kollu, filwaqt li l-oħrajn huma proposti li jitrattaw parti minn dan is-sit li għandu kobor ta’ kważi 175,000 metru kwadru.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, fisser dan l-ammont ta’ sottomissjonijiet bħala turija ta’ fiduċja mill-investituri fil-viżjoni li għandu dan il-Gvern, li jagħraf li Malta għandha potenzjal naturali biex issir ċentru marittimu ta’ eċċellenza fil-Mediterran.