28 borża żibel jinġabru mill-inħawi ta’ Fort Chambray f’Għajnsielem

Madwar 28 borża mimijin żibel inġabru f’temp ta’ erba’ sigħat mill-inħawi ta’ Fort Chambray f’Għajnsielem mill-membri tal-Emergency Response and Rescue Corps Cadets.
Dan bħala parti mill-kampanja tal-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart.
Il-proġett tal-ERRC Cadets ma nvolviex biss ġbir tal-iskart, imma anke tagħrif permezz tal-lezzjonijiet.
Voluntiera Spanjola għallmithom kif għandhom jipprevjenu perikli waqt li qed jiġbru l-iskart, kif ukoll kif jistgħu jnaqqsuh.
Fi stqarrija, l-ERRC qalet li l-madwar tal-Forti Chambray huma fost l-isbaħ f’Għawdex imma wkoll l-aktar maħmuġa.