28 addozzjoni minn pajjiżi barranin

Fl-aħħar sentejn, koppji Maltin addottaw 28 tifel jew tifla minn pajjiżi barranin.
Dan qalu l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Farrugia spjega li 23 minn dawn it-tfal kienu addottati mir-Russja: 11-il addozzjoni fl-2014 u 12-il addozzjoni fl-2015.
Fl-2015 saru wkoll erba’ addozzjonijiet
mis-Slovakkja u adozzjoni waħda mill-Albanija.