276 pulizija għandhom inqas minn 25 sena

276 uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija għandhom inqas minn 25 sena.
Dan ħareġ fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia li kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li 1,263 uffiċjal għandhom bejn 26 u 44 sena. Minnhom hemm 6 kuntistabbli ta’ riserva.
Hemm ukoll erba’ kuntistabbli ta’ riserva nisa li għandhom iktar minn 60 sena.
Għall-mistoqsija parlamentari oħra, l-istess Ministru qal li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 42 uffiċjal mara, tnejn minnhom uffiċjali korrettivi anzjani.
Barra minn hekk 92 uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija għandhom iktar minn 60 sena. 62 minnhom huma riservisti.