272 flixkun tax-xorb ikkonfiskati minn maħżen f’Ħal Qormi

L-Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, mit-Taqsima tal-Infurzar u mid-Direttorat tas-Sisa kkonfiskaw 162 flixkun ta’ spiriti fosthom rum u brandy kif ukoll 110 flixkun tal-inbid minn maħżen f’Ħal Qormi.

AQRA: 600 flixkun inbid ikkonfiskati minn ħanut f’San Ġwann

Il-Ħamis l-uffiċjali kienu għaddejjin bl-ispezzjonijiet tagħhom meta sabu numru ta’ fliexken f’ħanut il-Gżira mingħajr l-istrixxa tas-sisa.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li wara marret tispezzjona l-maħżen minn fejn ġie l-alkoħol u sabet 1,473 basket tal-plastik, 162 flixkun alkoħoliku, 110 flixkun inbid, u 510 tiketti tas-sisa mhux użata.