270 siġra se jitħawlu f’Wied Għollieqa

270 siġra indiġena u arbuxelli se jkunu qed jitħawwlu fir-riserva naturali ta’ Wied Għollieq. Dan se jsir permezz ta’ ftehim bejn Nature Trust Malta u l-kumpanija Enemed.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Enerġija ġie spjegat li t-tħawwil tas-siġar se jibda fil-ġranet li ġejjin. Il-kumpanija Enemed se tkun qed tgħin f’dan il-proġett permezz ta’ donazzjoni ta’ €9,500 li se jmorru għat-tħawwil tas-siġar u l-manutenzjoni tagħhom. Dan jinkludi t-tisqija u l-monitoraġġ tagħhom biex jitħarsu kontra mard u kundizzjonijiet oħra.

Il-Ministru Joe Mizzi fakkar li bħalissa l-kumpanija Enemed għaddeja b’diversi proġetti infrastrutturali, fosthom il-proġett għall-ħażna tal-fuel li se jibda jsir f’Ħas-saptan minflok f’Birżebbuġa.