Għajnuna lil 270 adult biex isiefru ma’ pazjenti minorenni

Kważi 270 adult jiġu mgħejjuna biex isiefru ma’ pazjenti minorenni.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis dwar għajnuna mogħtija mill-Gvern lil ġenituri biex jakkumpanjaw lil tfal għal kura barra l-pajjiż.
Il-Ministru Mizzi spjega li bejn Jannar 2014 u t-18 ta’ Ġunju 2015  ta’ din is-sena kien hemm 267 persuna li bbenefikaw mill-għajnuna tal-Gvern, li jħallas it-tieni biljett tal-ajru għal min jakkumpanja pazjenti taħt it-18-il sena.