27 tinda fil-bajja tal-Mellieħa meta mhux suppost

Minkejja li fil-bajja tal-Għadira mhux suppost jittellgħu tined, dawn ir-ritratti meħuda lbieraħ juru li s-sitwazzjoni fil-bajja tal-Mellieħa mhix kif suppost.
Jirriżulta li diversi persuni li xtaqu jużaw il-blat ta’ din il-bajja biex ipoġġu l-affarijiet tagħhom minflok fuq ir-ramel ma setgħux jagħmlu dan għax fuq il-blat kien hemm 27 tinda.
Hekk kif issa ninsabu fl-eqqel tas-sajf, dawn il-persuni qed iħeġġu l-awtoritajiet sabiex tittieħed azzjoni, hekk kif biex iqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ f’waħda mill-isbaħ bajjiet madwar Malta, kienet diffiċli għalihom li jpoġġu l-affarijiet tagħhom bejn tinda w’oħra.
Dawn il-persuni komplew jgħidu li l-bajja bir-ramel tintuża minn dawk li jikru l-umbrelel, filwaqt li l-biċċiet tal-konkrit issa qed jintużaw minn dawk li jtellgħu t-tined.
Dan wara li persuni oħra kienu diġa tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li l-parti tal-bajja tal-Għadira hi kkapparrata minn għadd kbir ta’ deckchairs u umbrelel.