27 persuna salvata għadhom jinżammu fuq tanker barra Malta – Alarm Phone

The Maersk Etienne, with 27 rescued asylum seekers on board, has been anchored to the east of Malta for days after being refused entry.

L-għaqda mhux governattiva Go Alarm Phone qalet li s-27 persuna salvata mill-vapur tal-merkanzija Etienne, Maersk Tankers ilhom 4 t’ijiem bejn sema u ilma  hekk kif l-Awtortajiet Maltin qed jirrifjutaw li daħħluhom Malta.

L-Alarm Phone qalu li ilhom mit-3 t’ Awwissu jsewgu din is-sitwazzjoni mindu l-immigrant telqu fuq dinghy mil-Libja f’baħar qawwi.

Il-Maersk Etienne, tanker li jtajjar bandiera Daniża jsalva lill-immigranti fil-5 t’Awwissu. Il-bastiment beda triqtu lejn Malta iżda skont l-Alarm Phone, l-awtoritajiet Maltin qed jiċħdulu d-dritt li jidħol fil-portijiet Maltin.

It-tanker hu ankrat ftit mili ‘il barra minn Malta fejn ilu wieqaf jiem sħaħ bl-Alarm Phone tilmenta li Malta qed tonqos mid-dover tagħha li tagħti port sigur lil dawn il-persuni.