27 każ ġdid tal-COVID-19; 17 fiequ

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin kien hawn 27 każ ġdid ta’ coronavirus, minn 1,647 swab test li saru.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru tas-Saħħa.

Fl-aħħar 24 sieħa fiequ wkoll  17-il persuna, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 409 każi.  

OFFICIAL COVID-19 figures for 12•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, September 12, 2020

Il-każijiet pożittivi matul l-aħħar 24 siegħa huma:

  • 6 membri tal-familja minn każijiet li kienu diġà pożittivi
  • 3 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • Każ li kellu kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva għall-coronavirus
  • Każ minn Paceville
  • 13-il każ minn dar tal-anzjani