27 każ ġdid ta’ coronavirus

Read in English.

27 persuna oħra rriżultaw pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li 58 oħra fiequ.

B’kollox saru 2,290 swab test bil-Ministeru tas-Saħħa jgħid wkoll li l-każi pożittivi mħabbra llum għadhom qed jiġu investigati.

B’kollox f’Malta u Għawdex issa hawn 593 każ attiv ta’ coronavirus.

Intant illum id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li f’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għall-COVID-19, pajjiżna diġà għandu allokat 330,000 doża.

Dan qalu fuq Facebook fejn spjega li dan ifisser li Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi li tipproteġi l-vulnerabbli u l-frontliners. 

Ikkonferma wkoll li wara mistenni jkun hemm dożi għall-poplu kollu.