27 kamra tan-nar b’fondi għal iktar sigurtà

27 kamra tan-nar se jirċievu €5,000 kull wieħed biex il-kmamar ikunu aktar siguri.
Bejniethom se jirċievu €135,000 mill-€170,000 allokat f’fond għal din is-sena u li hu mmaniġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici.
L-għan huwa li l-flus imorru biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-kmamar kemm waqt li jkun qed jinħadem il-logħob tan-nar kif ukoll waqt il-ħruq. Il-fondi se jintużaw ukoll biex dawn itejbu l-infrastruttura tagħhom.
L-aċċess għal dawn il-fondi kien biss għal dawk il-kmamar tan-nar li huma liċenzjati u li huma rreġistrati bħala organizzazzjoni volontarja.
Biex kienu eleġibbli l-kmamar ta’ nar kellhom joħorġu b’ideat u proposti sabiex jagħmlu restawr tal-kmamar, investiment fl-infrastruttura, investiment f’makkinarju u għodda li jiffaċilitaw il-manifattura tan-nar u l-produzzjoni tkun iktar sigura, investiment f’apparat u armar biex jaħarqu n-nar b’mod iktar sigur fost l-oħrajn.