​27 jilmentaw dwar storbju bil-lejl f’San Pawl il-Baħar

Il-Pulizija rċeviet 27 rapport dwar storbju bil-lejl fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.
Minn dawn ir-rapporti, li seħħew bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, 19-il każ irriżultaw fil-pożittiv u l-persuni responsabbli tressqu l-Qorti.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.