27 ittra ta’ Einstein għal taħt il-martell

27 ittra ta’ Albert Einstein se jinbiegħu llum f’irkant f’Kalifornja, fl-Istati Uniti.
L-ittri, miktuba ovvjament bl-idejn mir-rebbieħ tal-Premju Nobel, huma bil-Ġermaniż u bl-Ingliż u mibgħuta lil ħbieb u membri tal-familja.
Juru aspetti differenti tal-ħajja tal-fiżiku, minn twiddiba lil ibnu biex jieħu bis-serjetà l-Ġometrija, għal pariri lil ħabiba tiegħu li kienet għadha kif skopriet in-nuqqas ta’ fedeltà minn żewġha, għal ittra partikolari li fiha juri s-sentimenti tiegħu lejn Alla.