27 immigrant salvati u fi triqithom lejn Malta – Alarm Phone

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

L-għaqda mhux governattiva Alarm Phone qalet li vapur tal-merkanzija salva 27 persuna li sabu ruħhom f’diffikultà.

Alarm Phone qalet li l-vapur jinsab fi triqtu lejn Malta.

F’post fuq Twitter l-għaqda qalet din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata mis-sidien tal-bastiment Etienne, Maersk Tankers.

L-għaqda mhux governattiva appellat lill-awtoritajiet Maltin biex jipprovdu n-neċessitajiet kollha sabiex l-iżbark ta’ dawn l-immigranti ikun wieħed sigur u malajr.