27 ħaddiema tal-minjieri jmutu fl-Afganistan

27 Afgani mietu wara li l-minjiera tal-faħam li kienu qed jaħdmu fiha sfrundat fit-tramuntana tal-Afganistan parti mill-provinċja ta’ Samangan. Skont stqarrijiet mhux uffiċjali jirriżulta li hemm ċans li tlettax –il persuna oħra jinsabu maqbuda fl-istess minjiera.

F’tentattiv iddisprat li jiġu salvati l-ħaddiema, erba’ membri tal-iskwadra tas-salvataġġ weġġgħu serjament. Huwa mifhum li l-istess skwadra ma kinetx mogħnija bl-apparat meħtieġ għal dan it-tip ta’ salvataġġ. Il-minjiera tinsab 215 –il kilometru fit-tramuntana tal-kapitali Afgana Kabul.

F’Diċembru li għadda 11 –il ħaddiem tal-minjieri mietu f’inċidenti simili fil-provinċja ta’ Baghlan.