265 immigrant jiddaħħlu Malta dalgħodu

Twitter/MSF_Sea

Read in English.



Madwar 265 immigrant kmieni dalgħodu ddaħħlu Malta, biex b’hekk f’temp ta’ ġimgħa n-numru ta’ immigranti li ddaħħlu Malta tela’ għal 459.

Skont l-organizzazzjoni Medecins Sans Frontieres, 36 immigrant ġew trasferiti fuq patrol boat tal-FAM mill-vapur Ocean Viking wara li ġew salvati mill-baħar l-bieraħ. Madwar 229 immigrant oħra ġew salvati direttament mill-Forzi Armati ta’ Malta fi tliet operazzjonijiet separati.

Dan filwaqt li għad fadal 182 immigrant ieħor li kienu ġew salvati mill-Ocean Viking waqt operazzjonijiet ta’ salvataġġ separati ma ġewx trasferiti lejn Malta.

Intant l-organizzazzjoni Medecins Sans Frontieres li fost l-immigranti li tħallew abbord l-Ocean Viking kien hemm tarbija tat-twelid, tfal u mara tqila. Hija ddeskriviet bħala tal-mistħija d-deċiżjoni li dawn ukoll ma jitħallewx jiddaħħlu Malta. MSF qalet li l-immigranti kienu ħarbu mil-Libja.