2620 persuna jistennew li jingħataw post tal-Gvern

Bħalissa hemm 2620 applikazzjoni, fil-lista ta’ stennija, biex persuni jew familji jiġu mogħtija post tal-Gvern.
Waqt li kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentatri, il-Ministru għas-Sigurtà Soċjali qal li minn dawn, 1104 applikazzjoni jaqgħu taħt il-kategorija ta’ priorità ogħlja. Dan jiġi determinat wara li ssir investigazzjoni.
Apparti minn hekk, hemm ukoll 420 applikazzjoni pendenti ta’ persuni li qed jitolbu li jbiddlu l-post mikri lilhom mill-Gvern għal post ieħor tal-Gvern.
Dwar lifts fl-appartamenti tal-Gvern, il-Ministru qal li sal-aħħar ta’ din is-sena, se jkunu tlestew 23 lift ġdid, apparti t-12-il lift ġdid li diġà kienu nstallati din is-sena.