26 xahar ħabs wara li seraq minn lukanda f’San Ġiljan

Libjan ta’ 23 sena ntbagħat 26 xahar ħabs wara li nstab ħati li f’Diċembru li għadda seraq flus, apparat elettroniku u dokumenti minn lukanda ewlenija f’San Ġiljan.
Meta seħħ il-każ, Walid Ben Muftah kien għadu kif ingħata sentenza sospiża wara li erbat ijiem qabel seraq basket.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Gabriella Vella semgħet kif iż-żagħżugħ intlemaħ jaħrab minn gallerija ta’ kamra tal-lukanda flimkien ma’ żewġt irġiel l-oħra.
L-uffiċjali tas-sigurtà tal-lukanda sabu lill-akkużat bilqiegħda ħdejn ħanut tal-pastizzi fil-qrib.
Huwa kien arrestat u l-pulizija sabulu żewġ nuċċalijiet tax-xemx tad-ditta li kien għadu kif seraq mil-lukanda.