26 student mill-klassi tal-MCAST għal Sqallija

Grupp ta’ 26 student u studenta tal-MCAST li qed isegwu l-kors tal-BSc Environmental Engineering marru għal esperjenza fil-park nazzjonali ta’ Valle Dell’Anapo fi Sqallija.
Il-park jinsab 40km fin-nofsinhar ta’ Sirakuża u jinsab fiż-żona Necropoli di Pantalica, meqjusa ta’ Wirt Dinji.
Dan hu sit importanti minn Żmien il-Bronż li jinsab fuq biċċa art għolja, imdawra b’żewġ widien fondi.
L-istudenti kienu akkumpanjati mill-lecturers Dr Eman Calleja, Juan Bonello, Dr David Perko, Clare Podesta Camilleri u gwida lokali mill-grupp Kalura.
Ir-riserva tinsab fuq medda ta’ 40 kilometru kwadru u fiha aktar minn 600 speċi ta’ pjanti, 14 minnhom huma endemiċi għal Sqallija.