26 persuna jmutu fiċ-Ċina wara li sploda trakk

Fiċ-Ċina, 26 persuna mietu wara li trakk li kien qed iġorr logħob tan-nar sploda hekk kif kien għaddej minn fuq pont.

B’kawża tal-isplużżjoni, karozzi li kienu għaddejjin fl-istess ħin waqgħu ‘l isfel.

Il-logħob tan-nar kien parti mill-preparazzjoni għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida Ċiniża.