26 pazjent jieħdu s-servizz tal-kimoterapija f’Għawdex

Sitta u għoxrin pazjent f’Għawdex, mill-bidu ta’ din is-sena, ħadu s-servizz ta’ kimoterapija f’Għawdex stess. It-trattament jinkludi dak li jissejjaħ 5-FU u Adjuvant Herceptin.
Il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi. Il-Ministru qal li skont il-ftehim milħuq mal-ispeċjalisti tal-Onkoloġija, dawk il-pazjenti Għawdxin li kellhom bżonn trattament bil-kimoterapija lkoll ingħataw il-possibilita’ li jirċievu s-servizz f’Għawdex.
Qal ukoll li pazjenti oħra Għawdxin li l-ispeċjalisti ħassew li kellhom bżonn trattament bil-kimoterapija fl-Isptar Boffa kienu jlaħħqu 49 pazjent.