26 każ ġdid ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa

swabbing center

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 26 każ ġdid pożittiv. Intant fiqu 53 persuna.

Dan ħareġ mill-infografika tal-jum li tinħareġ mill-Ministeru għas-Saħħa biex tagħti rendikont tal-aħħar żviluppi tal-coronavirus fil-pajjiż.

Fost il-każi ġodda hemm erba’ li huma membri tal-familja ta’ persuni li nstabu pożittivi qabel, każ wieħed kien ta’ kollega ta’ każ pożittiv, żewġ każi kienu kuntatti minn avvenimenti soċjali u 14-il każ kienu sporadiċi fil-komunità.

Il-każi ġodda nstabu wara total ta’ 1,916-il swab test li saru matul il-jum tal-bieraħ. B’hekk issa fil-pajjiż hawn total ta’ 444 każi attivi tal-coronavirus.

Minn meta feġġ l-ewwel każ s’issa, fil-pajjiż instabu total ta’ 1,909 każi tal-coronavirus. Minnhom fiqu 1,453 u mietu 12.