Aġġornata: 21 fil-Qorti għax qarrqu b’aġenziji tal-assikurazzjoni

21 persuna tressqu l-Qorti b'rabta ma' allegat frodi ta' tmien kumpaniji tal-assikurazzjoni bejn l-2009 u l-2013. 
S'issa tnejn biss ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom fosthom li wettqu frodi u li taw dikjarazzjonijiet foloz bil-għan li jirċievu l-flus. Tlieta wieġbu mhux ħatja.
Il-każ li nstema' quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, tela’ fil-wiċċ minn grupp ta’ aġenziji tal-assigurazzjoni li għokrithom għajnhom meta rrealizzaw li kellhom talbiet għal flus mill-istess persuni.
Wieħed minnhom kien qed jikklejmja diversi karozzi tiegħu li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku.
Jidher ukoll li f’ċerti każi, uħud aċċettaw li jinvolvu ruħhom fl-inċident b’mod volontarju, biex jagħmlu talba għal flus mal-aġenziji rispettivi tagħhom. 
L-ammont frodat jista’ jlaħħaq l-€400,000.