26 arrestati dwar pussess tad-droga matul il-lejl

Waqt laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, il-Ministru Carmelo Abela qal li l-ħidma tal-forzi tal-ordni tat riżultati pożittivi.
Filfatt, l-iskwadra għamlet tfittxija fuq 124 persuna f’ħafna miċ-ċelebrazzjonijiet li saru tal-aħħar tas-sena u minn dawn 26 persuna ġew miżmuma minħabba li nstabu fuqhom id-droga.
Id-droga misjuba kienet tikkonsisti f’kokaina, ecstasy u raża tal-kannabis. Aktar stħarriġ għadu qed isir mill-Pulizija. 
Qal ukoll li l-iskwadra ta’ kontra l-vizzji għamlu 16 il-spezzjoni f’postijiet ta’ divertiment f’Paceville, fejn persuni taħt l-eta’ ma nstabux f’dawn l-istabbilimenti.
Dan juri li ż-żieda fid-detterrent legali li għadu kif daħal fil-qasam tal-multi, qed iwassal għal aktar kuxjenza mis-sidien tal-istabbilimenti. 
Il-Ministru semma’ wkoll kif is-sezzjoni tat-Traffiku irrapurtat li aktar minn 830 karozza kienu mwaqqfa u spezzjonati matul il-lejl. 89 persuna minn dawn inqabdu fuq kontravenzjoni ta’ natura minima.