Theresa May determinata li toħroġ lir-Renju Unit mill-UE sa Marzu

Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May determinata li tgħin lill-pajjiżha joħroġ mill-UE fl-Marzu li ġej.

Dan qalitu hi stess f’artiklu ppubblikat illum fis-Sunday Telegraph. Hi kitbet li qed tirritorna fi Brussel b’mandat ġdid, idejat ġodda u determinazzjoni sħiħa li tgħin biex tinstab soluzzjoni.

Filwaqt li s-sejħa għal arranġamenti alternativi fil-kwistjoni tal-fruntiera mal-Irlanda ta’ Fuq sabet l-appoġġ tal-membri parlamentari it-Tlieta li għaddew, May tinsab imsaħħa fl-idea li soluzzjoni tinstab fuq it-taħdidiet fuq l-hekk imsejjaħ Irish backstop.