253 iktar jitolbu l-għajnuna minħabba vjolenza domestika

Ir-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) juri li fl-2017, 253 vittma ta’ vjolenza domestika aktar mis-sena l-oħra fittxew u sabu l-għajnuna.

Dan ir-rapport ġie ppublikat aktar kmieni llum. F’din il-konferenza stampa ġew imsemmija diversi proġetti u inizzjattivi li ħadet l-FSWS din is-sena.

Alfred Grixti, Chief Executive Officers FSWS, filwaqt li semma diversi proġetti u inizzjattivi li ttiehdu din is-sena, saħaq li l-ebda lokalità m’għanda tiġi stigmatizzata, għaliex għajnuniet jingħataw f’kull lokalità, u fil-postijiet li jġorru ċerta stigma, tingħata biss ftit iktar għajnuna mill-medja.

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon qal li f’okkażżjoni bħal din tiehu pjaċir għax minkejja t-telgħat u l-battalji tibda tinduna kemm sar xogħol, li ma tindunax bih. Huwa kompla billi semma xi inizjattivi li ttiehdu din is-sena. Huwa kompla billi qal li l-messaġġ tiegħu huwa wieħed; “naħdmu aktar, naħdmu aħjar, biex intejbu l-ħajja tan-nies hemm barra, u nagħmlu s-soċjeta tagħna ftit aħjar.”

Joe Gerada, Chairperson tal-FSWS, semma kif preżentazzjoni bħal m’ hi dik tal-lum għandha timlina b’kuraġġ kbir. “Li tħares lura u tara l-effet li tkun ħallejt fuq familji u t-tfal, huwa wieħed fost l-akbar sodisfazzjonijiet li persuna jista’ jkollha.”

Fost il-proġetti ta’ din is-sena, Grixti semma l-“Adolescent Day Programme”, għall-żgħażagħ li ma sabu posthom imkien, bil-għan li jintegrhom fis-soċjetà. Huwa semma ukoll il-proġett LEAP li jinkludi l-APS Home Loan Scheme, f’liem flimkien mal- Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), sar arranġament mal-APS Bank biex jinħarġu social loans lil numru ta’ individwi u familji li preżentament qed jikru, sabiex jkollhom id-dar tagħhom stess.

Intwera’ ukoll filmat qasir li jagħti ħarsa ħafifa lejn ir-rapport annwali tal-Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).