Read in English.
Il-Ministru għall-Intern Byorn Camilleri qal fil-Parlament li kien hemm 251 pulizija li kienu temmew 25 sena servizz iżda baqgħu jservu fil-Korp tal-Pulzija.
Il-pulizija jistgħu jirtiraw wara 25 sena servizz. Wara li jtemmu 25 sena servizz, il-pulizija huma intitolati għall-pensjoni tas-servizz flimkien mad-dritt li jagħmlu xogħol ieħor.
Il-Ministru kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.