2,500 persuna jgħibu fil-Bahamas wara l-urugan Dorian

REUTERS/Marco Bello

Read in English.

Madwar 2,500 persuna għadhom neqsin fil-Bahamas. Dan aktar minn ġimgħa wara li l-Urugan Dorian għadda minn fuq il-gżira fil-Karribew. L-għadd jista’ jkun jinkludi fih ukoll persuni li ġew evakwati u jkunu ħarbu lejn xelters.

Il-Prim Ministru tal-Bahamas Hubert Minnis indirizza lill-pubbliku permezz tat-televiżjoni. Hu qal li l-għadd ta’ persuni maqtula mill-urugan għadu ta’ 50 persuna. Qal imma li l-għadd ta’ persuni nieqsa hemm ċans li jiżdied u għalhekk hemm ċans ukoll li l-għadd ta’ mwiet jiżdied b’mod sinjifikanti.

Uffiċċjali tas-servizzi tal-emerġenza qalu li l-lista ta’ persuni nieqsa għadha ma ġietx imqabbla ma’ dik tal-persuni evakwati u li qed jgħixu fix-xelters.

Dorian għadda minn fuq il-Bahamas fil-1 ta’ Settembru. Kien wieħed mill-aktar urugai Atlantiċi b’saħħithom li laqat lill-gżira b’irjiħat li jlaħħqu mal-298 kilometru fis-siegħa.

Aktar minn 5,000 persuna kienu evakwati lejn New Providenza. Din hija l-Gżira li fuqha hemm il-kapitali Nassau. Madwar 15,000 persuna għadhom fi bżonn ta’ xelter jew ikel. Dan skont l-Aġenzija tad-Diżastri fil-Karribew.