25 xahar ħabs wara li nstab ħati b’serq

Raġel ta’ 31 sena miż-Żurrieq intbagħat 25 xahar ħabs wara li nstab ħati b’serq u li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti.
Il-każ imur lura għal Marzu li għadda meta Henry Grogan seraq musmar tal-kostruzzjoni minn Triq Lapsi fis-Siġġiewi.
Il-Maġistrat ħeġġet lill-akkużat biex ibiddel ħajtu u ordnat li l-akkużat jingħata l-għajnuna dwar il-problema tad-droga.