25 sena mindu twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin

Il-Ġermanja qed tiċċelebra l-25 anniversarju minn meta twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin.
Illejla jiġu fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju bi tmiem il-ġimgħa karatterizzat minn ċerimonji, kunċerti u esebizzjonijiet.
Eluf ta’ bżieżaq bojod li tqegħdu f’linja mistennija jitħallew itiru b’simbolu li l-ħajt tal-Berlin se jitwaqqa’ għat-tieni darba.
Il-ħajt ta’ Berlin inbena fl-1961 biex iwaqqaf lin-nies milli jaħarbu lejn il-Punent mill-ħakma Komunista fil-Ġermanja tal-Lvant.
Il-ħajt li kien twil 155 kilometru twaqqa’ fl-1989 bħala sinjal ta’ tmiem il-gwerra bierda u llum għad fadal biss 3 kilometri ta’ dan il-ħajt.