25 kelb u 5 qtates sponsorjati mill-Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja

Skola San Benedittu

L-iskola San Benedittu għall-Milied għamlet il-kampanja ‘Sponsor a Dog’ fejn minflok it-tfal iqassmu rigali lil xulxin ħarġet l-idea li dawn joħorġu donazzjoni żgħira u fejn ma jinġabarx l-ammont kollu biex jigi sponsorjat kelb tkun tista’ tgħin il-form teacher. L-ammont biex ikun sponsorjat kelb huwa ta’ €30 għal sena.

L-iskola tkellmet mal-AAA f’Birżebbuġia li mill-ewwel laqgħat ix xewqa tagħhom li jisponsorjaw il-klieb li jieħdu ħsieb fis-santwarju. Fl-1 ta’ Diċembru tnediet il-kampanja fuq il-midja soċjali ta’l-skola u mill-ewwel bdew jaraw il-parteċipazzjoni mill-studenti. Kien hemm klassijiet li saħansitra sponsorjaw aktar minn kelb wieħed, jew sponsorjaw kelb u qattus.

L-istaff kollu tal-iskola, inklużi s-segretarji, ukoll ħadu l-inzjattiva li jisponsorjaw kelb bejnietom. Kull klassi li sponsorjat kelb ingħatat ċertifikat bl-isem tal-kelb jew qattus. Ħafna mit-tfal ukoll urew il-ħeġġa li jżuru s-santwarju fejn setgħu jiltaqgħ mal-kelb jew qattus tal-klassi tagħhom. B’kollox kienu sponsorjati 25 kelb u 5 qtates.

L-iskola appellat biex ikun hemm aktar skejjel u gruppi tan-nies li jisponsorjaw klieb jew qtates biex ikunu megħjuna f’dan iz zmien tant diffiċli.