25 każ ġdid tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 25 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 26 persuna. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 398.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook.

OFFICIAL COVID-19 figures for 06•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, September 6, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, imma mit-30 każ tal-bieraħ kien hemm:

  • 10 membri tal-familja ta’ każijiet oħra
  • 2 kollegi ta’ nies pożittivi għall-virus
  • Każ wieħed minn attività
  • 4 kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn