Illum tħabbru 240 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 80 persuna. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,354 swab test li saru.
B’hekk bħalissa hawn 2,519-il każ attiv.
Jidher li kien hemm ukoll mewt ieħor bil-coronavirus peress li l-għadd ta’ vittmi tela’ għal 234.
Ilbieraħ kien hemm 133 każ ġdid, li 63 minnhom għadhom qed jiġu investigati. L-oħrajn ittieħdu b’dan il-mod:
- 42 każ fost il-familji
- 11-il każ minn postijiet tax-xogħol
- 6 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
- 11-il każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni bil-virus.
Il-każijiet tal-bieraħ
Il-każi tal-COVID-19 jiżdiedu b’133; Ifiqu 95 persuna oħra
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.