24 siegħa ta’ waqfien mill-ġlied f’Gaza

L-Iżrael aċċetta t-talba tan-Nazzjonijiet Magħquda għal 24 siegħa ta’ waqfien mill-ġlied f’Gaza, iżda wissa li l-attakki jkomplu jekk militanti Palestinjani jiksru dan il-ftehim.
Laqgħa tal-kabinett dwar il-kriżi f’Gaza waslet biex il-waqfien mill-ġlied ikompli sal-lum f’nofsillejl.
Militanti tal-Hamsa xorta sparaw armi tan-nar hekk kif qed jgħidu li mhux se jaċċettaw il-waqfien mill-ġlied sakemm it-truppi Iżraeljani jħallu Gaza u jmorru lejn darhom.
L-Iżrael qal ukoll li f’dan il-perjodu ta’ waqfien mill-ġlied se jkompli bl-operazzjonijiet tiegħu kontra l-mini użati mill-Hamas.
Il-Hamas akkuża lil Iżrael li qed juża l-perjodi ta’ waqfien mill-ġlied biex jipprepara għal aktar attakki.