24 siegħa oħra bla ġlied bejn Gaża u Iżrael

L-Eġittu kkonferma li l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani se jiġi estiż b’24 siegħa oħra.  Dan sabiex ikomplu għaddejjin il-laqgħat fil-Kajr li jistgħu jwasslu għal raġġ ta’ paċi. 
Iżrael ikkonferma li l-attakki se jibqgħu wieqfa imma l-kap tad-delegazzjoni tal-Ħamas, Izzat Risheq, qal li n-negozjati fil-Kaj qed isibu difikultajiet minħabba r-ras iebsa ta’ Iżrael. 
Qal li t-talba għall-estensjoni ta’ 24 siegħa oħra, waslet mingħand l-Eġittu.
Minn meta fl-aħħar ġimgħat bdew l-attakki bejn Gaża u Iżrael, fit-territorju Palestinjan mietu aktar minn 2,000 persuna.  Din iċ-ċifra ħarġet mill-aġenzija tal-aħbarijiet al-Ray, li taħdem viċin tal-Ħamas.