24 siegħa ċans biex issiefer bl-irħis is-sena d-dieħla

Il-kumpanija tal-ajru low cost Ryanair illum qed toffri roħs ta’ 10% fuq il-prezzijiet ta’ miljun titjira minn April sa Ġunju, iżda biex tgawdi minn dan l-iskont trid taqta’ l-biljetti sa nofsillejl.
Din l-offerta speċjali hija t-tielet waħda li l-kumpanija qed toffri bħala parti mill-promozzjoni tal-Ġimgħa l-Iswed (Black Friday), u l-prezzijiet mistennija jorħsu iktar, iktar ma joqrob tmiem il-ġimgħa.
Għalhekk, il-kumpanija avżat lill-klijenti tagħha biex iżommu għajnejhom miftuħa għal iktar offerti li se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.