24 persuna jużaw in-night shelters għall-anzjani

Preżentement hemm 24 persuna anzjana li qed tuża s-servizz tan-night shelters f’Malta u Għawdex.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia fi tweġiba għall-Mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
In-night shelters fiż-Żejtun u San Vinċenz huma l-iktar popolari hekk kif fihom qed jattendu tmien anzjani rispettivament.
Fin-night shelter tal-Ħamrun, għall-kuntrarju, jattendi anzjan wieħed.
Iż-żewġ night shelters l-oħra jinsabu fil-Mellieħa u f’Għajnsielem fejn jattendu tliet u erba’ anzjani rispettivament.