24 NGO jieħdu €446,000 għal aktar xogħol volontarju

Total ta’ 24-il għaqda non-governattiva għadha kemm ibbenefikat minn €446,000 f’fondi biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni vulnerabbli u dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.

Fost l-għaqdiet li ngħataw il-fondi hemm dawk li jaħdmu ma’ persuni b’diżabbiltà, mal-vittmi tal-vjolenza domestika, mal-morda, u għaqdiet li jaħdmu ma’ familji u individwi li qed jesperjenzaw problemi soċjali varji, inkluż il-vittmi tad-droga.

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli qalet li l-Gvern se jkun qed jagħti ’l fuq minn tliet miljun ewro matul din is-sena.  Saħqet kemm id-determinazzjoni u d-dedikazzjoni tal-persuni li jagħmlu xogħol volontarju huma ta’ importanza għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bniedem.