24 għasfur jinqatlu illegalment fi staġun wieħed

Bejn ilbieraħ u llum, erba’ għasafar protetti ġew milquta minn tiri sparati illegalment. Skont stqarrija li ħarġet BirdLife Malta, l-għasafar milquta minn tiri illegali dan l-istaġun jammontaw għal 24. Din is-sena b’kollox intlaqtu min tiri 68 għasfur protett.

Ilbieraħ ġew Malta 4 ċikonji suwed. Wieħed minnhom niżel ġewwa ir-Riserva Naturali tal-Għadira u deher li kellu ferita f’siequ, possibilment b’xi sparatura. Il-Pulizija kienu msejħa biex jinvestigaw rapporti li daħlu dwar għasfur kbir li ntlaqat minn tiri fix-Xlendi.