24, fosthom 3 itfal, jegħrqu fl-Eġew

Mill-inqas 24 persuna, fosthom tlett itfal, tilfu ħajjithom fl-aħħar għarqa fil-baħar Eġew, bejn il-Greċja u t-Turkija.
Il-biċċa tal-baħar li fuqha kienu qed jivvjaġġaw, inqalbet kaġun tal-maltemp.
L-awtoritajiet sabu 11-il persuna li rnexxielhom jgħumu u jibqgħu ħajjin.
Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni, matul is-sena li għaddiet mietu mas-700 persuna f’din il-parti tal-Mediterran, waqt li miljun ruħ waslu fl-Ewropa.
Fi Brussell, għada se jiltaqgħu rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Ġermanja biex jindirizzaw il-problemi tal-immigrazzjoni fir-reġjun.