24 arrestati wara protesta u ħsarat f’Ħal Safi

Miguela Xuereb

Wara protesta li saret fil-barracks ta’ Ħal Safi, il-Pulizija fi stqarrija qalet li ġew arrestati 24 persuna. Mhux eskluż li jitressqu l-Qorti aktar tard mal-ġurnata.

Ilbiera għall-ħabta tas-7.30pm, il-Pulizija qalet li sabu persuni b’wiċċom mgħammad ikissru filwaqt li ma bdewx jobdu l-ordnijiet tal-uffiċjali tad-Detenzjoni. Intqal li l-istess persuni bdew jaqilgħu knaten minn mal-bini u jwaddbu biċċiet minnom lejn l-uffiċjali, filwaqt li għamlu diversi ħsarat fid-dormitorji u l-kamra tal-uffiċjali tad-Detenzjoni.

Tim mediku kien ukoll fuq il-post biex tingħata l-għajnuna neċessarja f’każ ta’ xi ġrieħi.