24 akkużat jistgħu jeħilsuha b’emendi fil-liġi

Owen Bonnici Carm Mifsud Bonnici Drug Droga

Read in English.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal fil-Parlament li bit-tibdil li sar fir-riforma tal-liġi tad-droga li daħlet fis-seħħ fl-2015, 24 persuna se jingħataw l-opportunità li jirrikorru għall-għajnuna biex joħorġu mill-vizzju tad-droga.

Waqt li kien qed jiftaħ id-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga, il-Ministru qal li diġà kien hemm persuna waħda li ma ngħatax sentenza ta’ ħabs waqt li 24 oħra, il-Qorti qed tistenna li joħorġu mill-vizzju tad-droga biex taqta’ s-sentenza tagħha.

Huwa qal li dawn il-persuni kienu fost it-48 akkużati b’reati marbuta mad-droga li l-Qorti għażlet li tirreferihom lill-Bord tar-Rijabilitazzjoni mmexxi mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello.

Fost emendi oħra mressqa fil-Kodiċi Kriminali hemm li akkużat jitressqu in absentia, ma jitressaqx il-Qorti bil-manetti jew ħwejjeġ tal-ħabż, li persuna akkużat fi qrati ta` xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea jitressaq taħt proċeduri simili għal dawk Maltin.

Il-Ministru qal li waħda mill-problemi kienet ta`ċittadini jsibu proċeduri ġudizzjarji differenti fid-diversi pajjiżi iżda l-UE qed timxi lejn sistema waħda.

L-Oppożizzjoni taqbel mal-Gvern

Min-naħa tiegħu, d-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici qal din il-liġi tagħti l-benefiċċju tad-dubju anki lill-persuni fl-appell waqt li l-Avukat Ġenerali se jkollu d-dritt li jappella minn ċertu sentenzi li qabel ma kellux dritt jagħmilhom.

L-Oppożizzjoni tabqel ma’ dan l-abbozz iżda għandha emendi biex partijiet fl-abbozz jiġu rfinati u jsiru b’mod aħjar.