24,038 vettura mingħajr liċenzja mħallsa f’Malta

F’Malta, sal-aħħar ta’ Frar, kien hemm total ta’ 24,038 vettura b’liċenzja mhux imħallsa – 1,600 vettura minnhom huma maħsuba li għadhom jiċċirkolaw fit-toroq.

Dan ħareġ minn tweġiba li ta l-Ministru tal-Infrastruttura u t-Trasport Joe Mizzi fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.

Joe Mizzi qal li qed isir kull sforz biex din l-irregolarita’ tinqata’ mit-toroq Maltin.

Hu spjega li l-parti l-kbira tal-vetturi mingħajr liċenzja mħallsa huma karozzi tal-passiġġieri (17,004), segwiti minn vetturi kummerċjali (4,405) u muturi (1,953).

Hemm ukoll 221 vettura self-drive, 149 ATVs jew Quad bikes, 129 karozza b’leasing, 85 vettura għal skop agrikolu, 72 vettura ta’ garage hire, kif ukoll 14-il coach u 6 minibuses