239 ħabsi f’Kordin b’sentenza definittiva

Bħalissa hemm 239 ħabsi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed jiskontaw sentenza definita.
Iċ-ċifri ppreżentahom il-Ministru għas-Sigurtà Interna, Michael Farrugia, bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Jason Azzopardi.
It-tieni l-aktar nazzjonalità wara dik Maltija, hija s-Somalja, li għandha 14-il ħabsi, isegwu l-Libja bi 11.
Maltin hemm 163 persuna tiskonta sentenza definita.
Skont iċ-ċifri, jidher li fl-ewwel sitt xhur tas-sena hemm 131 ħabsi inqas minn dak irreġistrat fl-2016, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm 39 Libjan b’sentenza definita, u dis-sena 11.
Is-sena l-oħra kien hemm 27 ħabsi Somalu b’sentenza definita, id-doppju ta’ dawk li hemm bħalissa, sitt xhur fis-sena 2017.
Min-nazzjaonalitajiet imsemmija, il-Libjani komplew jiżdiedu kull sena mill-2012 sa nofs l-2017.