232 flixkun xorb alkoħoliku kkonfiskati

Dwana offerta irħis fliexken

232 flixkun xorba alkoħoliku u 3,360 bolol tas-sisa mhux użati ġew ikkonfiskati mid-Dipartiment tad-Dwana f’numru ta’ lokalitajiet.

Fi stqarrija, ġie spjegat li l-ħidma mill-uffiċċjali tad-Dwana saret waqt tfittxijiet ta’ rutina fil-Gżira, Paceville, il-Fgura, Buġibba u x-Xemxija. Huma sabu x-xorb mingħajr it-tikketta tas-sisa fuq l-ixkafef.

Fl-istqarrija ġie spjegat li din il-ħidma kontinwa qed issir sabiex jitwaqqaf il-bejgħ ta’ xorb li ma jkollux it-tikketta tas-sisa u jitwaqqaf il-kuntrabandu billi jinġabru t-taxxi dovuti li qed jispiċċaw iħallsu l-klijenti.