Żagħżugħ Malti elett fuq il-Bord Eżekuttiv tal-Forum Ewropej taż-Żgħażagħ

Il-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) Michael Piccinino ġie elett fuq il-bord tal-Forum Ewropej taż-Żgħażagħ.
Il-Forum Ewropej taż-Żgħażagħ jirrapreżenta ż-żgħażagħ kollha minn madwar l-Ewropa filwaqt li hu l-iktar koalizzjoni żagħżugħa ta’ esperjenza minn madwar id-dinja. Il-Forum hu magħmul minn 43 kunsilli taż-żgħażagħ u 61 organizzazzjonijiet mhux governattivi taż-żgħażagħ minn madwar l-Ewropa.
Michael Piccinino ġie elett bħala kandidat nominat mill-KNŻ u se jkun parti minn mill-Bord Eżekuttiv tal-Forum.