231 pensjoni tal-invalidità fl-2015

Matul l-2015 ingħatat 231 pensjoni tal-invalidità.
Dan qalu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Bejn Jannar u Diċembru 2015 intefgħet 511-il applikazzjoni għall-pensjoni tal-invalidità li minnhom ġiet irrifjutata applikazzjoni minn kull ħamsa.
Terz tal-applikazzjonijiet jinstabu fi stadju intermedjarju, fosthom 133 applikazzjoni li fi tmiem is-sena kienu qed jistennew
assessjar mediku u/jew kontributorju, biex finalment tittieħed deċiżjoni finali.