23 vettura ġdida għall-Forzi Armati

karozzi vetturi forzi armati afm
AFM

Ġew inawgurati 23 vettura ġdida għall-Forzi Armati ta’ Malta b’investiment ta’ aktar minn €600,000 li hu maħsub biex il-forza tkun f’pożizzjoni aħjar biex twettaq id-doveri tagħha.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri spjega kif dawn il-vetturi ġodda huma parti minn numru ta’ investimenti oħra li qed isiru fil-Forzi Armati ta’ Malta biex ikun assigurat li l-FAM tkun mgħammra bir-riżorsi meħtieġa. 

“Sodisfatt li l-korpi dixxiplinati kollha qed jaħdmu biex jimxu ‘l quddiem permezz ta’ investiment li qed isir. Qed naħdmu b’mod li nassiguraw it-tisħiħ ħolistiku tal-forzi tal-ordni. Inutli ninvestu fl-aqwa apparat u għodda jekk imbagħad ma jkunx hemm biżejjed uffiċjali biex iħaddmuhom. Għalhekk, il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ il-Forzi Armati ta’ Malta kemm bit-tagħmir kif ukoll fir-riżorsi umani u t-taħriġ tagħhom”, qal il-Ministru Camilleri. 

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru rringrazzja lill-Brigadier Jeffrey Curmi, lill-uffiċjali u lis-suldati tal-Forzi Armati li apparti x-xogħol li jwettqu kuljum, jaħdmu qatigħ biex investimenti ta’ dan it-tip jiġu implimentati.

Dan l-investiment tħabbar ftit jiem biss wara li ġie ffirmat l-ewwel ftehim settorjali għall-ħaddiema tal-Forzi Armati ta’ Malta li żied il-fond tas-salarji bi €8.2 miljun fis-sena.

Byron Camilleri Brigadier Jeffrey Curmi
AFM